Merħba
Ħuti Bormliżi: Merħba.
Din il-websajt ġiet kreata bl-iskop ewlieni li sservi bħala reġistru uniku tal-Bormliżi ta' kull żmien.
Li tiftakar ifisser li tħobb u li tgħożż il-memorja.
F'din il-websajt hemm id-dettalji u r-ritratti tal-għeżież tagħna, kemm dawk li għaddew għall-ħajja ta' dejjem kif ukoll dawk li għadhom fostna.
Wieħed irid japprezza l-fatt li dan il-proġett, huwa vast u, se jkun maqsum f'diversi stadji bil-websajt tiġi aġġornata ta' spiss.
Minn qalbi nirringrazzja primarjament lis-Sur Louis Fsadni li kien il-mutur wara din l-idea u dan il-proġett. Grazzi kbira wkoll lis-Sur Ugo Callus, is-Sur Saviour Cachia, is-Sur Walter Tonna, is-Sur Matthew Tonna Gilford u mhux l-inqas lis-Sur Jeffrey Ellul li qed jieħu ħsieb din il-websajt.
Għal dawk fostkom interessati li tinkludu lil xi ħadd mill-qraba tagħkom f'dan ir-Reġistru, tistgħu tmorru fis-sezzjoni 'Materjal' u tniżżlu jew tistampaw l-applikazzjoni minn hemm. Issibu d-dettalji kollha ta’ x’għandkom tagħmlu.
Nirringrazzjakom u flimkien ejjew ħa nżommu lil missirijietna ħajjin.
Dun Anton Cassar
Arċipriet